Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

                  

                  KUNU GĦAQLIN FIX-XEMX!                 

 

Ftit xemx tagħmel il-ġid, imma ħafna xemx tagħmel il-ħsara

 

Ix-xemx tarmi r-raġġi tal-ultraviolet (UV).  Dawn m’humiex l-istess bħar-raġġi tad-dawl u tas-sħana li x-xemx tarmi wkoll.

 

Il-ġilda tuża r-raġġi tal-UV biex tagħmel il-vitamina D.  Din il-vitamina hija importanti biex wieħed ikollu għadam b’saħħtu.  Huwa biżżejjed jekk tikxef idejk u wiċċek għax-xemx għal ħmistax il-minuta darbtejn jew tlett darbiet fil-ġimgħa.  Jekk tagħmel vitamina D żejda, il-ġisem jispiċċa jkissirha.  Jiġifieri m’hemmx għalfejn toqgħod tixxemmex fit-tul biex tagħmel biżżejjed vitamina D, u żgur li m’hemmx bżonn tismar!  Jekk tagħmel ammont normali fis-sajf, isservik matul x-xitwa wkoll.

 

Minn-naħa l-oħra, wisq xemx tagħmel ħsara lill-ġilda.   Jaħsbu li 4 minn kull 5 tal-kansers tal-ġilda joħorġu minħabba x-xemx.  L-agħar meta l-ġilda tinħaraq, imma xemx ta’ kuljum tagħmel il-ħsara wkoll, anki jekk il-ġilda ma tinħaraqx. 

 

Barra li żżid ir-riskju tal-kanser tal-ġilda, ix-xemx anki ixxejjaħ qabel il-waqt.  Il-ġilda titlef l-elastiċità tagħha, u joħorġu t-tikmix u t-tbajja tax-xemx.

 

Issa m’għadniex naħsbu li l-ismurija sabiħa.  Nafu żgur li ħafna xemx tista’ toħroġ il-kanser tal-ġilda u xxejjaħ qabel il-waqt, u m’hemm xejn sabiħ la fil-kanser u l-anqas f’ġilda kollha mtebba’ u mkemmxa.

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-vitamina D u x-xemx, ċċekkja wkoll:

American Academy of Dermatology updated position statement (16 ta' Lulju, 2009)

Institute of Medicine Dietary Reference Intakes for Calcium and Vitamin D. Washington D.C. National Academies Press, 2010.

 

 

1/5

                                                                                              

 

Site Development and Hosting by IT&C