Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                         SMURIJA ARTIFIĊJALI MINN MAGNA                     

 

Magni li jesponuk għar-raġġi tal-UV biex il-ġilda tismar iżidu mad-doża tal-UV li diġà qed tieħu mix-xemx.  Ħafna magni issa qegħdin jużaw tubi tal-UVA, li jagħmel anqas ħsara mill-UVB, u dan huwa pass 'il quddiem.  Però, il-UVA, għalkemm tagħmel anqas ħsara mill-UVB, tgħin biex ixxejjaħ lill-ġilda u anki tista' żżid mar-riskju tal-kanser tal-ġilda, jiġifieri xorta tkun qed tagħmel il-ħsara.  Barra minn hekk, ħafna magni xorta għadhom jarmu ftit raġġi tal-UVB.

 

Min imexxi dawn il-magni jgħid illi huwa ta' vantaġġ li jkollok ġilda samra għax tidher isbaħ u għax ma tinħaraqx meta tmur il-baħar. 

 

Jekk huwa daqshekk importanti li jkollok ġilda samra, huwa ta' ħafna anqas riskju jekk tuża 'tanning creams' li fihom id-dihydroxyacetone (ara smurija artifiċjali minn flixkun).  Li jkollok ġilda mkemmxa qabel iż-żmien huwa prezz għoli għal ġilda samra.

 

Biex tipproteġi ruħek mix-xemx meta tkun il-baħar l-eħfef ħaġa huwa li tapplika sunblock tajjeb.  Is-smurija tagħtik biss protezzjoni daqs SPF 4, u l-ġilda trid tkun l-ewwel ġiet imweġġa

Site Development and Hosting by IT&C