Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                        SMURIJA ARTIFIĊJALI MINN FLIXKUN                   

 

Teżisti kimika, li jisimgħa dihydroxyacetone, li taħdem fuq iċ-ċelloli tal-ġilda biex tibdel il-kulur tal-ġilda f’kulur ismar.  L-effett idum biss daqs ġimgħa minħabba li l-ġilda dejjem qed tinbidel.  Il-kimika tista’ tiġi applikata bħala krema, jew inkella teżisti sistema ta’ ‘airbrush tanning’. 

 

Din l-ismurija artifiċjali hija ta’ ħafna anqas riskju mis-smurija li ġejja minn magna jew mix-xemx, għaliex dawn tal-aħħar jistgħu jagħmlu ħsara lid-DNA taċ-ċelloli tal-ġilda.  Għalkemm l-ismurija tiċċara biż-żmien, il-ħsara lid-DNA tista’ tkun permanenti u takkumula.  Id-dihydroxyacetone, sa fejn nafu, ma jagħmilx ħsara lid-DNA, u l-iżjed li jista’ jagħmel huwa xi irritazzjoni jew allerġija.

 

Smurija artifiċjali l-aktar li tista’ tagħti protezzjoni hija ta’ SPF 3 jew 4.  Għalhekk m’għandiex titqies bħala mezz ta’ protezzjoni mix-xemx.  Protezzjoni tajba mix-xemx tiġi biss billi tevita x-xemx, tilbes ħwejjeġ addattati, u tuża sunblock.   

 

 

Site Development and Hosting by IT&C