Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                                           L-INDIĊI TAL-UV                                     

 

Dan l-indiċi jagħti ndikazzjoni ta’ kemm qed jasal UV mix-xemx fit-tali post fuq wiċċ id-dinja u għalhekk kemm hemm ċans li ssir ħsara fuq il-ġilda u fl-għajnejn.  L-indiċi jibqa’ tiela’ miż-0.  Iżjed ma jkun għoli, aktar hemm riskju għall-ġilda u għall-għajnejn.

 

Jiswa biex jiġbed l-attenzjoni għal kemm tkun qawwija x-xemx fir-rebbiegħa u fis-sajf, anki jekk ikun ftit imsaħħab jew ir-riħ.  Juri li r-raġġi tal-UV jistgħu jkunu qawwija anki jekk inti ma tkunx qed tħoss is-sħana.  Ir-raġġi li jagħmlu s-sħana huma differenti mir-raġġi tal-UV, li ma jidhrux u ma jinħassux.

 

Il-qawwa tar-raġġi tal-UV, u għalhekk l-indiċi tal-UV, ivarjaw matul il-ġurnata. Meta l-indiċi tiġi rrappurtata, titniżżel skond l-ogħla livell tal-UV tal-ġurnata.  Din tkun waqt l-erba’ sigħat ta’ madwar is-siegħa ta’ waranofsinhar f’Malta, billi nkunu bdilna s-siegħa fis-sajf.  Ġeneralment, il-gazzetti, r-radju u t-televiżjoni jħabbru l-ogħla livell tal-UV ta’ l-għada.

 

Links:

http://www.who.int/uv/publications/globalindex -  Hawnhekk il-WHO tiddiskrivi l-indiċi tal-UV

http://www.maltairport.com/weather - Hawnhekk tkun tista’ ssib l-indiċi tal-UV ta’ Malta

           

Site Development and Hosting by IT&C