Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                                                  IT-TFAL                                               

 

It-tfal huma l-aktar sensittivi għar-raġġi tax-xemx għax il-ġilda tagħhom hija irqaq u iżjed delikata.  Kapaċi jinħarqu malajr fix-xemx ta’ nofsinhar.

 

It-tfal spiss jilagħbu barra.  Sakemm jagħlqu t-tmintax il-sena, diġà jkunu ħadu 80% tax-xemx kollha ta’ ħajjithom.

 

Ix-xemx li tieħu fit-tfulija u fiż-żgħożija tista’ tirriżulta f’kanser meta tikber.

 

It-tfal għandhom bżonn protezzjoni speċjali.  Il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq id-Drittijiet tat-Tfal tgħid li: it-tfal, minn ġuf ommhom sakemm jagħlqu t-tmintax il-sena, għandhom id-dritt li jgawdu mill-ogħla livell ta’ saħħa u għal ambjent mingħajr riskji.

  

L-Iskejjel

 

L-iskejjel huma importanti ħafna biex iwasslu l-messaġġ li għandna noqogħdu attenti mix-xemx.  It-tfulija huwa żmien tajjeb biex teduka lin-nies għax dan huwa żmien meta jkunu qed jiġu ffurmati d-drawwiet tal-ħajja.  Ċertu suġġetti bħall-‘home economics’, l-edukazzjoni fiżika, il-PSD, u x-xjenza huma suġġetti tajbin biex l-għalliema jiddiskutu l-kunċett ta’ għaqal fix-xemx.  B’hekk, il-messaġġ jista’ jiġi rrepetut matul is-snin kollha tal-iskola mingħajr ma jkompli jżid mal-kurrikulu.

 

Is-surmasti tal-iskejjel għandhom jgħinu billi jaraw li t-tfal, li jkunu tgħallmu fil-klassi jkunu jistgħu jagħmluh fil-btieħi u fil-ġiti tal-iskola.  Għandhom jaraw ukoll li jkun hemm id-dell fil-btieħi, u jekk hemm bżonn, li jħallu t-tfal jużaw kpiepel, sunblock u nuċċalijiet tax-xemx.  L-għalliema għandhom ikunu mħarrġin fis-suġġett u għandhom jagħtu l-eżempju.  Fejn jista’ jkun, fir-rebbiegħa u fis-sajf, attivitajiet fuq barra għandhom isiru qabel l-10 ta’ filgħodu u wara l-4 ta’ waranofsinhar.  Dan m’għandux ifisser li jkun hemm anqas parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi għax inkella nispiċċaw b’ħafna tfal ħoxnin!

 

Għandna naraw li t-tfal joqogħdu attenti mix-xemx mhux biss il-baħar u l-iskola, imma kulfejn ikunu barra fix-xemx, per eżempju fl-isports grounds, fil-pixxina, fil-kampijiet, waqt li qed jilagħbu t-tennis, jew jibburdjaw.  Il-ġenituri għandhom jiġu nvoluti biex jikkoperaw kemm jista’ jkun.

 

Il-WHO ħarġet pakkett dettaljat fuq l-edukazzjoni tat-tfal fuq ix-xemx.  Dan inħareġ l-aktar għall-Ministeri tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni, imma jsibuh ta’ użu anki organizzazzjonijiet oħra li tikkonċernahom il-promozzjoni tas-saħħa.

 

(http://www.who.int/uv/publications/sunschools/en/)

 

DEJJEM GĦANDEK TIPPROTEĠI LIT-TFAL MIX-XEMX

 

GĦALLEM LIT-TFAL MINN ETà ŻGĦIRA BIEX JOQOGĦDU ATTENTI MIX-XEMX

 

Site Development and Hosting by IT&C