Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                                             IS-SUNBLOCK                                        

 

Ħafna nies isibu li għalkemm jidilku s-sunblock, xorta wħda jinħarqu jew jismaru.

Is-sunblock jipproteġi kontra l-kanser tal-ġilda?

 

  • Nafu li jekk tapplikah tajjeb, bis-sunblock ma tinħaraqx.
  • Nafu wkoll li sunblock li jilqa’ kważi r-raġġi kollha tax-xemx jipproteġi kontra t-tikmix u x-xjuħija tal-ġilda.
  • Hemm evidenza li s-sunblock jipproteġi kontra dik il-qxura ħarxa (actinic keratoses) li toħroġ fil-ġilda tal-anzjani fejn ikunu ħadu ħafna xemx.
  • Hemma evidenza tajba li s-sunblock jista’ jipproteġi kontra t-tip ta’ kanser tal-ġilda li jgħidulu squamous cell carcinoma, li ġieli joħroġ minn din il-qxura.
  • S’issa, m’hemmx evidenza żgura li s-sunblock jilqa’ kontra l-kansers tal-ġilda tat-tip melanoma jew basal cell carcinoma, għalkemm hemm provi tajba li s-sunblock jilqa’ milli joħorġu l-għazez, li minnhom ġieli toħroġ il-melanoma.  Però, jagħmel sens li jekk tuża sunblock regolarment mit-tfulija għandek tnaqqas sew ir-riskju ta’ dawn il-kansers ukoll.

Sfortunatament, ħafna nies jużaw is-sunblock biex ikunu jistgħu jqattgħu aktar ħin fix-xemx.  Billi bih ma jinħarqux daqshekk, jaħsbu li jistgħu jdumu aktar fix-xemx u fil-baħar.  Però, billi s-sunblock ma jilqax kompletament kontra r-raġġi kollha tal-UV, bil-mod il-mod xorta tkun qed tinġema’ l-ħsara.

1/3

                                                                                                                                             

 

Site Development and Hosting by IT&C