Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                                IR-RAĠĠI TAL-ULTRAVIOLET                          

 

Hemm żewġ tipi ta’ raġġi tal-UV li jikkonċernawna minħabba s-saħħa:

 

1.   UV-B

 

Dawn huma l-aktar raġġi responsabbli għall-ħruq mix-xemx u għall-kanser tal-ġilda, imma jgħinu wkoll biex tixjiħ il-ġilda.  Dawn ir-raġġi jintużaw mill-ġisem biex jagħmel il-vitamina D.  Ma jidħlux fil-fond fil-ġilda, u ma jgħaddux minn ġol-ħġieġ.

 

2   UV-A

 

Dawn ir-raġġi jagħmlu 95% mir-raġġi tal-UV li tarmi x-xemx li jilħqu l-wiċċ tad-dinja.  Jirnexxilhom jidħlu fil-fond fil-ġilda u jgħaddu minn ġol-ħġieġ, imma għandhom anqas enerġija mill-UVB.  Huma l-kawża tal-ismurija immedjata u jgħinu biex tixjiħ il-ġilda.  Għal ħafna żmien, kien maħsub li dawn ir-raġġi ma jagħmlux ħsara permanenti.  Wara studji reċenti, issa qed nissusspettaw li dawn ir-raġġi jżidu r-riskju tal-kanser tal-ġilda.  

 

 

Site Development and Hosting by IT&C