Username: Password:
 
 
CONTACT US HOME SITE MAP    
 

 

                   ĦWEJJEĠ APPOSTA LI JILQGĦU MIX-XEMX                

 

Il-ħwejjeġ jagħtu protezzjoni siewja kontra x-xemx, ma jiswewx ħafna flus u huma bla kimika. 

 

Żomm dawn l-affarijiet f’moħħok meta tiġi biex tagħżel ħwejjeġ biex jipproteġuk mix-xemx:

 

  • Il-ħjata:  ħwejjeġ bi ħjata dejqa jipproteġu aktar minn ħwejjeġ bi ħjata wiesa’.  Jekk jgħaddi ħafna dawl minn ġol-flokk, ir-raġġi tal-UV jgħaddu wkoll
  • Ħwejjeġ skuri jagħtu aktar protezzjoni mir-raġġi tal-UV minn ħwejjeġ ċari
  • Ħwejjeġ tqal jagħtu aktar protezzjoni mir-raġġi tal-UV minn ħwejjeġ ħfief
  • Ħwejjeġ imxarrbin jagħtu anqas protezzjoni mir-raġġi tal-UV minn ħwejjeġ xotti.

 

Ħarġu ħwejjeġ speċjali, li wieħed jista’ jixtri anki minn Malta, bi ħjata apposta li tipproteġi kontra r-raġġi tal-UV imma tħalli l-arja tgħaddi.  Dawn il-ħwejjeġ huma tajbin ħafna għal kontra x-xemx, imma jiswew il-flus.  L-aktar li huma addatti huwa għan-nies li jagħmlu ħafna sports tal-baħar.

 

Soċjeta Amerikana (American Society for Testing and Materials) ħarġet bi ‘standards’ għall-ħwejjeġ apposta li jilqgħu mix-xemx.  L-Ultraviolet Protection Factor (UPF) huwa l-unit li jużaw.  Dan ikejjel kemm il-materjal kapaċi jibblokka l-UV milli jgħaddi minn ġo fih.

 

  • Protezzjoni tajba kontra l-UV (UPF 15-24)
  • Protezzjoni tajba ħafna kontra l-UV (UPF 25-39)
  • Protezzjoni eċċellenti kontra l-UV (UPF 30-50)

 

Teżisti wkoll kimika li żżid mal-ħasla biex il-ħwejjeġ ikunu jagħtu aktar protezzjoni mix-xemx.  Din il-kimika jisimha Tinosorb ™ FD, u tgħolli l-protezzjoni ta’ flokk abjad tal-qoton minn, per ezempju, SPF 5 għal UPF 30. 

 

Site Development and Hosting by IT&C